Dak li ħafna ħasbu li kien att ta’ vandaliżmu fuq it-Torri ta’ San Mark, ma kien fil-fatt xejn għajr parti minn proġett ta’ student.
Ir-ritratt, li deher fuq il-midja soċjali għall-ewwel darba, m’hu xejn ħlief ritratt modifikat bil-‘photoshop’ bħala parti minn proġett ta’ student tal-Arti.
Kienu ħafna li ħasbu li t-torri kien filfatt vandalizzat u fuq il-midja soċjali mill-ewwel bdew jidhru kummenti ta’ diversi persuni li kkundannaw dak li ħasbu li kien att vandalu.
It-Torri, li jifforma parti minn l-14-il torri mibnija f’katina mal-kosta Maltija u li kienu ikkommisjonati mill-Gran Mastru De Redin, għandu valur storiku minħabba l-użu tiegħu kontra t-theddida tal-furbani.
It-Torri fl-aħħar snin kien restawrat mill-għaqda Din L-Art Ħelwa jinsab fi stat perfett.
Intant aktar kmieni matul il-ġurnata fuq il-midja soċjali kien qed idur ritratt ta’ tabella bid-direzzjonijiet miktuba ħażin, meta dan filfatt ma kienx veru għaliex kien ukoll ritratt modifikat bil-‘photoshop’. Filfatt, f’kuntatt mal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema, dan is-sit ikkonferma li t-tabella f’dik il-lokalita’ kienet ilha li twaħħlet mingħajr ma kien fiha żbalji.
//= $special ?>