Futbol Sport

Daniel Balzan jingħaqad ma’ Pembroke – Sam Bartolo floku ma’ Sliema

Il-goalkeeper ta’ Hibernians Daniel Balzan ħalla lil Sliema Wanderers u se jkompli l-istaġun ma’ Pembroke Athleta.

Minfloku, Sliema Wanderers ikkonfermaw l-akkwist tal-goalkeeper ta’ 23 sena Sam Bartolo, eks plejer tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, li ħa r-release mingħand Luxol St Andrews.

Kien propju l-akkwist ta’ Bartolo li wassal għall-konklużjoni tat-trasferiment ta’ Balzan ma’ Pembroke Athleta, trasferiment li iktar ma għadda l-ħin beda jidher impossibbli.

Dan għaliex Pembroke Athleta fl-aħħar jiem kienu diġa’ għamlu talba lil Sliema Wanderers għall-akkwist tal-goalkeeper żagħżugħ ta’ Hibernians, imma baqgħu bla risposta, minkejja l-insistenza tagħhom.

Sliema rreżistew anke għaliex fil-mument m’hawnx biżżejjed gowlkipers Maltin ta’ livell. Xi jiem ilu Birkirkara offrew lil Justin Haber lil Sliema, bil-blues u l-kowċ tagħhom Stephen Azzopardi kienu interessati f’dan l-akkwist imma għażlu li ma jidħlux għal dan it-trasferiment anke għaliex kienu se jżidu l-ispejjez.

Balzan hu apprezzat ħafna mill-kowċ ta’ Pembroke Jacques Scerri li tefa’ għajnejh fuqu bħala s-sostitut ta’ Matthew Calleja Cremona, li ngħaqad ma’ Floriana.

Iktar aħbarijiet mis-suq tat-trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).