Parti minn Triq il-Ġdid bejn Triq Dun Pawl u Triq Sant’Andrija se tkun qed tingħalaq għat-traffiku fit-3 ta’ Frar bejn l-10 ta’ filgħodu u nofsinhar minħabba xogħolijiet ta’ kostruzzjoni li se jsir fl-inħawi.
Transport Malta qalet li t-traffiku li jkun ġej mill-Marsa se jkun qed jittieħed lejn Triq Dun Pawl għal Triq il-Wilġa. It-traffiku ġej minn Triq il-Kunsill tal-Ewropa se jkun qed jittieħed lejn Triq Sant’Andrija.
Ir-rottot numru 72 u 118 ġejjin mill-Marsa se jkunu qed imorru fi Triq A. Vassallo, għal Triq id-9 t’April u għal Triq Sant’Andrija.
//= $special ?>

