Internazzjonali

Ghadhom ma sabux sit għat-taħditiet fil-Libja

Filwaqt li għadha diffiċli s-sitwazzjoni politika fil-Libja, ir-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għal dan il-pajjiż ikkonferma li għad trid tkun deċiża l-lokalita tar-round tat-taħditiet li jmiss fil-Libja proprja.

Ir-Rappreżentant, Bernardino Leon, tkellem dwar l-importanza li l-gruppi rivali tal-Libja li huma f’konflitt ma’ xulxin jaslu malajr kemm jista’ jkun fi ftehim biex jevitaw kriżi politika u kriżi fl-oqsma ekonomiċi u tas-sigurta.

L-entitajiet involuti fit-taħditiet politiċi dwar il-Libja, li huma sponsorjati min-Nazzjonijiet Uniti, qablu, fi prinċipju, biex imexxu s-sessjonijiet tad-djalogu futuri għal-Libja. Dan meta d-djalogu, s’issa, kien organizzat fl-Iżvizzera,

Filwaqt li l-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Appoġġ lil-Libja (UNSMIL) għandha responsabbilta biex tikkonsulta mal-entitajiet interessati rigward is-sit għad-djalogu politiku, Leon fakkar li għadha teżisti sitwazzjoni politika kkumplikata u diffiċli, waqt li rrefera għal sensiela ta’ attakki vjolenti fuq diversi bliet tal-Libja.