Franza għelbu lis-sorpriża Qatar 25-22 fil-final tal-Handball biex rebħu t-titlu mondjali għal rekord ta’ ħames darbiet. Ir-rebħa tfisser ukoll li Franza issa huma Champions tad-Dinja, tal-Ewropa u Champions Olimpiċi f’dan l-isport.
Il-Qatar, b’numru kbir ta’ plejers imwielda barra l-pajjiż, imma li ngħataw iċ-ċittadinanza, issa sar l-ewwel pajjiż mhux Ewropew li rebaħ midalja fil-kampjonati tad-dinja.
Il-Polonja rebħu l-midalja tal-bronż b’rebħa drammatika 29-28 fuq iċ-Champions tal-2013 Spanja. Syprzak skorja l-gowl tar-rebħa fl-aħħar 30 sekonda.
//= $special ?>

