Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum it-Tnejn, 2 ta’ Frar.
IN-NAZZJON jirrapporta bi prominenza l-qtib tal-ġurnalist Ġappuniż mill-ISIS. F’rapport ieħor naqraw li l-Ministru Carmelo Abela daħak bil-Fizzjali tal-Pulizija dwar l-Addendum sigriet li jpoġġi lill-Kummissarju u l-Assistenti Kummissarji għad-deskrizzjoni tal-Ministru.
L-ORIZZONT tippubblika ritratt ta’ raġel li allegatament ilu xahar jorqod barra fi stage tal-linja.
THE MALTA INDIPENDENT tirrapporta illi Joseph Muscat qed “jgħid lill-Ewropa li l-awsterita’ falliet”. Naraw ukoll li l-eks Sindku ta’ Ħal Lija Ian Castaldi Paris biddel l-allejanzi tiegħu u ingħaqad bi sħiħ mal-Partit Laburista.
THE TIMES ukoll tirrapporta l-indirizz ta’ Ian Castaldi Paris fil-Konferenza Ġenerali Laburista, filwaqt li tagħtina wkoll intervista mad-Direttur tal-Caritas illi jinsisti li s-servizz ta’ childcare b’xejn għandu jkun estiż għall-foqra u dawk li jinsabu bla xogħol.
//= $special ?>
