Lokali

Il-Gvern Malti jagħlaq l-Ambaxxata fid-Danimarka

Il-Gvern Malti għalaq l-Ambaxxata ta’ Malta fid-Danimarka. L-Ambaxxata, li kienet fil-belt ta’ Kopenhagen, ingħalqet b’effett mill-1 ta’ Frar.

Fi stqarrija l-Gvern qal li d-deċiżjoni li tingħalaq din l-Ambaxxata ttieħdet minħabba “kunsiderazzjonijiet finanzjarji”, li effettivament tfisser li l-Gvern m’għandux aktar flus allokati għal din l-Ambaxxata.

Issa, ir-relazzjonijiet bilaterali bejn ir-Repubblika ta’ Malta u r-Renju tad-Danimarka se jkunu qed ikomplu mill-Ambaxxata ta’ Malta f’The Hague, l-Olanda.

Fl-istess stqarrija, l-Gvern qal li hu kommess li jsaħħaħ ir-relazzjoni “eċċellenti” bejn Malta u d-Danimarka… iżda dan se jkollu jseħħ mingħajr rappreżentanza ta’ pajjiżna fid-Danimarka.