Il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) qed tingħaqad ma’ unjins oħra Maltin u tappoġġja t-talba ta’ msieħba soċjali oħra biex issir laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) dwar it-tariffi tal-enerġija.
Is-CMTU qalet, fi stqarrija, li tħoss li kemm il-Gvern kif ukoll l-imsieħba soċjali għandhom obbligu li jiżguraw li bl-ebda mod il-ħaddiema onesti li jħallsu t-taxxi m’għandhom iġorru piż addizzjonali u ħlas żejjed tal-enerġija speċjalment meta hemm tbassir ta’ roħs fil-prezz taż-żejt.
Il-Konfederazzjoni appellat b’mod qawwi lill-Gvern biex ikun trasparenti fil-mod ta’ kif jimplimenta l-formula li permezz tagħha jiddeċiedi l-prezz tat-tariffi tal-enerġija, u biex jinvolvi lill-imsieħba soċjali fuq l-aspetti kollha li jistgħu, b’mod effettiv, jgħinu lil min iħallas it-taxxa biex ikollu livell ta’ għajxien kif jixraqlu.
//= $special ?>

