Internazzjonali

L-ISIS lura fl-azzjoni fi Tripli

Rapporti minn Tripli sostnew li t-Tnejn filgħodu kien hemm sparatura qalila qrib il-kwartier ġenerali tal-Pulizija fl-istess ħin li splodiet karrozza-bomba.

Fl-attakk tal-anqas pulizija nqatel.

Skont The Search for International Terrorist Entities (SITE) Institute, li tgħasses l-Internet għall-messaġġi ta’ terroristi, ir-responsabbilta tal-attakk ittieħed mill-ISIS.