Kurżitajiet

RITRATTI: ‘Mostru’ ieħor tal-baħar

Ritratti oħra mhux tas-soltu minn qiegħ il-baħar …Goblin Shark li jgħix f’fond ta’ 1,200 metru u li nqabad minn sajjieda f’Victoria fl-Awstralja. F’dan il-każ, din il-ħuta, li hi piutost rari, inqabdet f’fond ta’ 609 metru barra l-kosta ta’ Green Cape.

Minn dak li hu magħruf dwar dan it-tip ta’ kelb il-baħar, dan kien piutost żgħir – 1.2 metru – dan peress jikbru sa erba’ metri.

Il-kelb il-baħar issa ntbagħat lejn il-Wharf Aquarium fl-Australian Museum f’Sydney fejn se jitpoġġa għall-wiri.