“Il-Ministru Konrad Mizzi huwa insensittiv. Ħadd m’għandu jitħalla jmut fil-kurituri tal-isptar. U huwa stramb ħafna li dan il-Gvern għadu ma ndirizzax il-problemi fil-Mater Dei”.
Din hija sinteżi tal-editorjal ippubblikat illum it-Tnejn fit-Times of Malta u li janalizza s-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa wara li kellna żewġ anzjani li mietu fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei.
L-editur ifaħħar it-tobba u l-infermiera, iżda jgħid li l-Ministru Mizzi kien insensittiv meta ġab l-iskuża li kuljum imutu n-nies fl-isptar. Fil-kummentarju tiegħu, l-editur jgħid li l-awtoritajiet għandhom jimplimentaw soluzzjonijiet immedjati biex ħadd ma jitħalla fil-kurituri.
The Times tgħid illi ħadd ma stenna li naslu f’dan l-istat, partikolarment meta wieħed jiftakar kemm il-Partit Laburista kien kritiku għas-sitwazzjoni fil-qasam tas-saħħa qabel Marzu 2013. L-editur jgħid li huwa tal-mistħija li pajjiżna wasal f’din is-sitwazzjoni.
//= $special ?>