Lokali

Żewġ Afrikani jirriskjaw ħajjithom biex isalvaw persuni min-nar f’Tas-Sliema

Żewġt irġiel Afrikani, mill-Kosta tal-Avorju, dalgħodu rriskjaw ħajjithom biex jgħinu lil familja f’Tas-Sliema li r-residenza li jgħixu fiha ħadet in-nar kawża ta’ ħsara f’heater tal-elettriku.

Sidibe Noumakan ta’ 32 sena, u sieħbu Diarra Siaka ta’ 28 sena, li kienu qed jaħdmu ma’ kumpanija tat-tindif fi blokka bini fil-qrib, kienu fost l-ewwel persuni li raw id-duħħan ħiereġ mir-residenza fi Triq San Duminku.

Mingħajr l-ebda ħsieb, iż-żewġ Afrikani telqu mill-ewwel minn fuq il-post tax-xogħol bil-bramel mimlija ilma li kienu qed jużaw u telqu lejn ir-residenza biex jagħtu l-ewwel assistenza.

Kawża ta’ dan il-ġest nobbli, wieħed mill-Afrikani, Diarra Siaka, kellu jittieħed l-isptar biex jingħata l-kura minħabba d-duħħan li bela’.

Nirien qawwija jaħkmu dar Tas-Sliema-5185

Illejla waqt Net News tas-19:30 se nkunu qed inxandru intervista ma’ Sidibe Noumakan.