8:20pm – Fl-aħħar minuti għamlu l-inżul tagħhom ħames ajruplani militari fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Erba’ minn dawn il-ħames ajruplani huma ‘fighterjets’.
MaltaRightNow.com jinsab infurmat li l-Erbgħa mistennija jinżlu f’Malta erba’ ajruplani militari oħra. Aktar kmieni t-Tnejn filgħodu, ġurnal Taljan kwota pubblikazzjoni li tgħid li l-ISIS għandhom pjan li jkomplu l-operazzjoni tagħhom fl-Ewropa, bl-attakk tagħhom jibda fi Spanja, l-Italja u Malta.
Fi stqarrija l-Gvern caħad li l-ajruplani li niżlu Malta t-Tlieta filgħaxija huma parti mill-offensiva kontra l-ISIS. Il-Gvern qal li kmieni f’Jannar saret talba għall-‘clearance’ diplomatika biex jieqfu f’pajjiżna numru ta’ ajruplani militari tar-Renju Unit. Din it-talba ntlaqgħet f’nofs Jannar.
Aktar kmieni…
F’dan il-ħin qed isir inżul ta’ numru ta’ ajruplani militari fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Mhux magħruf x’inhi r-raġuni li dawn l-ajruplani niżlu Malta.
Kollox jindika li dawn huma ajruplani tar-Royal Air Force, u l-ajruplani li se jagħmlu inżul f’Malta jinkludu ‘Eurofighter Typhoon’ u ‘Airbus Voyager’.
Informazzjoni li għandu dan is-sit tindika li dawn huma ajruplani li mistennija jkomplu triqthom fuq operazzjoni militari, madanakollu, qed ikun rappurtat li l-ajruplani se jkunu qed jagħmlu inżul minħabba “taħriġ”. Kollox jindika li dan mhux se jkun l-ewwel grupp ta’ ajruplani militari li se jinżlu f’Malta hekk kif għada mistennija jaslu aktar ajruplani militari.
//= $special ?>