Waqt li faħħret id-direzzjoni tal-Gvern li jiffoka fuq turiżmu ta’ kwalità u jkompli jinvesti fir-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta, l-assoċjazzjoni Maltija tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) kkundannat id-deċiżjoni tal-Gvern li jinsisti li jċaqlaq il-monti “fid-daħla ġdida u eleganti” tal-Belt.
B’din id-deċiżjoni, qed tisħaq l-MHRA, il-Gvern qed jirriskja li jiddevja l-isforzi kollha li saru s’issa biex tiżdied il-kwalità fil-prodott turistiku ta’ Malta. L-MHRA qed tinsisti li hu l-pjan taċ-ċaqlieq tal-monti għad-daħla prinċipali ta’ belt kapitali li hi wkoll Wirt Dinji, ħdejn żewġ monumenti importanti, li hi qed tikkundanna mhux id-disinn tal-bankarelli waħdu.
Għalhekk qed tappella lill-Gvern biex jibdel id-deċiżjoni li ħa u jkompli fit-triq li tpoġġi bħala l-mira tagħha, il-kwalità mingħajr eċċezzjoni u li Malta tkun ċentu ta’ eċċellenza.
//= $special ?>