Lokali Parlament

Anqas persuni l-Qorti b’akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni

Matul is-sena li għaddiet tressqu anqas persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni meta paragunat mas-sena ta’ qabel, fl-2013.

Minn informazzjoni li ngħatat fil-Parlament fis-seduta tal-lejla, matul is-sena 2013 kien hemm 66 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 344 darba fuq akkużi ta’ tlajjar għal skop ta’ prostituzzjoni.

Fis-sena 2014 kien hemm 50 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 196 darba.

L-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.

Jirriżulta wkoll li l-pieni mogħtija kienu jinkludu priġunerija, sentenzi sospiżi, probation, libertà kundizzjonata, multa u ċanfira jew twiddiba.