Lokali

Ħadd ma jweġġa’ f’inċident f’Santa Venera – konġestjoni tat-traffiku

Ħadd ma weġġa’ f’inċident tat-traffiku li fih karozza tal-linja laqtet vettura oħra hekk kif din kienet qed taqla’ minn fuq ‘bus stop’.

L-inċident seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp, hekk kif wieħed jaqbeż il-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera u ftit qabel ir-roundabout ta’ Fleur De Lys.

L-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-5.30pm, ħoloq konġestjoni kbira ta’ traffiku fl-inħawi peress li ngħalqet il-karreġjata li tagħti fid-direzzjoni lejn ir-Rabat.

Il-karozza tal-linja kienet qed issuq fir-Rotta 53 mill-Belt għal tal-Virtu’ r-Rabat.