Futbol Sport

Ifalli t-trasferiment ta’ Julio Alcorse ma’ Sliema Wanderers

Falla’ t-trasferiment tal-attakkant Arġentin Julio Alcorse, li nhar it-23 ta’ Jannar li għadda ffirma ma’ Sliema Wanderers għall-kumplament tal-istaġun, bl-għażla li jkompli anke’ fl-istaġun ta’ wara.

Jirriżulta li nqalgħu problemi fit-Transfer Matching System ta’ Julio Alcorse, li għandu 33 sena. Dan minħabba li l-eks tim tiegħu fl-Indoneżja hu mplikat f’każ ta’ match fixing.

Alcorse hu sospiż milli jilgħab il-futbol fl-Indoneżja.

Kien għalhekk li Sliema Wanderers minflok dawru ħarsithom fuq il-midfielder offensiv ta’ Mosta, Mateus Ribeiro dos Santos li se jkompli l-istaġun magħhom b’self.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).