In-Nazzjonijiet Uniti wisset li l-ispinta ġdida ta’ vjolenza fl-Ukrajna tal-Lvant iġġenerat l-effetti ‘katastrofiċi’. Dan meta numru sostanzjali ta’ nies inqatlu jew indarbu f’perijodu ta’ 24 siegħa, waqt il-battalji bejn l-Armata Ukrena u r-ribelli separatisti li jridu l-għaqda mar-Russja.
L-aħħar imwiet seħħew fil-lokalitajiet madwar ir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk, b’kelliema għall-Armata Ukrena jikkonfermaw anki l-qtil tas-suldati. Fl-aħħar ġimgħat żdiedu l-vittmi ċivili waqt offensiva mir-ribelli separatisti fl-Ukrajna tal-Lvant, bil-kelliema favur id-drittijiet umani jgħidu li, f’dan il-każ, ‘seħħew l-abbużi ċari tal-liġi umanitarja internazzjonali li suppost tamministra l-imġieba tan-naħat waqt konflitt armat’.
//= $special ?>

