Lejliet il-Jum Dinji tal-Kanċer, imfakkar fl-4 ta’ Frar, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u s-Shadow Minister għas-Saħħa Claudette Buttigieg żaru lill-pazjenti fl-Isptar Boffa u l-bini l-ġdid tal-Isptar tal-Onkoloġija, li hu proġett li kien beda taħt Gvern Nazzjonalista.
Simon Busuttil qal li l-proġett tal-Isptar il-ġdid tal-Onkoloġija hu turija tal-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista, li jitratta l-marda tal-kanċer. Saħaq li l-viżjoni għas-settur tas-Saħħa hi importanti u m’għandiex issir bil-kliem biss. Simon Busuttil tkellem dwar Sptar tal-Onkoloġija li se jkun qed jirrispetta d-dinjità tal-pazjenti.
Min-naħa l-oħra, fi sptarijiet pubbliċi oħrajn hemm nuqqas ta’ dinjità, bil-Kap tal-Oppożizzjoni jirreferi għall-pazjenti li mietu fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei. Sostna li mhuwiex aċċettabli li l-Ministru tas-Saħħa jgħid li kuritur ta’ Sptar hu estensjoni ta’ Ward, filwaqt li tenna l-appell tiegħu li d-dinjità tal-pazjent għandha tiġi risptettata.
//= $special ?>