Lokali

Il-wiegħdi ta’ Muscat

Il-Monti tal-Belt
Il-bieraħ il-Gvern ħareġ espressjoni ta’ interess biex isir disinn gdid għal gabanni tas-suq, magħruf bħala l-monti tal-Belt. Tajjeb jingħad li d-disinn oriġinali sar minn perit li hu wkoll ufficjal fil-PL u l-Gvern tant kien kuntent b’dan id-disinn li saħansitra l-ġimgħa l-oħra għamlu servizz sħiħ fuq ix-xandir tal-istat biex jiftaħru x’biċċa xogħol għamel wieħed minn tagħhom. Meta l-poplu Malti kwazi fit-totalita’ tiegħu wera dizapprovazzjoni għad-disinn il-Gvern ma baqax jiddefendih.

Wara din il-qassata jien għandi ftit domandi:
1. Is-Supretendent tal-wirt kulturali ta’ l-approvazzjoni tiegħu għad-disinn oriġinali tal-gabbani?
2. Iktar minn hekk kien ikkonsultat?
3. Kemm saru minn dawn il-gabbani li issa ser jintremew?
4. Kemm ser iħallas il-poplu Malti għal din il-qassata?

Minkejja li d-disinn tal-gabbani ser jinbidel il-Gvern għadu jwebbes rasu li jitrasferixxi is-suq biswit id-daħla tal-belt ma ġenb il-bini tal-parlament. Din hija problema li ħoloqha Joseph Muscat sentejn ilu meta qabel l-elezzjoni għamel patt ma dawn il-bejjiegħa li jitrasferihom f’dan il-post jekk ikun Prim Ministru.

Il-wiegħda ta’ Muscat lin-nies ta’ Birzebbuġa
Ma tal-monti l-Prim Ministru ser izomm kelmtu izda mal-poplu ta’ Birzebbuġa, Marsaxlokk u n-naħa t’isfel ta’ Malta ma żammiex. Qabel l-elezzjoni kien għamel patt magħna wkoll (biex nivvutawlu) u wiegħdna li appena jitla fil-Gvern iwaqqaf l-uzu tal-Heavy Fuel Oil u jibda jħaddem il-power station bid-diesel biex jeħlisna mill-fabbrika tal-kanċer. Wiegħdna li sa xahar ieħor ikollna power station ġdida taħdem bil-gass biex l-arja zgur tkun nadifa. Jidher pero li sal-lum il-progett l-anqas biss beda.

Il-poplu ta’ Birzebbuġa u n-naħa ta’ isfel ġew ingannati minn Joseph Muscat. In-nies fin-naha t’isfel jixirqilhom aħjar.