Il-Qorti ordnat biex uffiċċjal tal-probation imqabbad minnha stess jagħmel “pre-sentencing report” fil-konfront ta’ Belti ta’ 41 sena, wara li dan ammetta li kkommetta żewġ serqiet minn karozzi li kienu pparkjati l-Floriana.
William Mercieca ammetta li fi spazju ta’ tliet kwart seraq apparatat tal-hi-fi minn żewġ karozzi. L-ewwel serqa għamilha minn ġewwaa Triq San Publiju għall-ħabta tas-5.45 p.m. fuq karozza Tata Safari u l-oħra għall-ħabta tas-6.30 p.m. minn karozza oħra, li kienet ipparkjat fil-parkeġġ MCP.
Mill-karozza huwa seraq apparat tal-mużika tad-ditta Clarion u l-ieħor tad-ditta Audio Media. Huwa ammetta li wettaq ħsarat fuq iż-żewġ karozzi misruqin. Quddiem il-Maġistrat Charmain Galea Mercieca ammetta wkoll li wara li kien ġie kundannat għal serq, kellu fil-pusses tiegħu, oġġetti jew għodod li jintużaw għas-serq.
Mercieca ammetta wkoll li sar reċidiv b’diversi sentenzi mogħtija mill-Qorti. Huwa ingħata l-liberta’ proviżorja fuq garanzija personali ta’ elf ewro. Għalih deher l-Avukat Simon Micallef Stafrace.
//= $special ?>