Internazzjonali

Jiddeċiedi li l-Arċisqof Romero miet martri

Il-Papa Franġisku iddeċieda li l-mibki Arċisqof ta’ El Salvador, Oscar Romero, kien inqatel bħala martri; b’din id-deċiżjoni twitti t-triq għall-beatifikazzjoni ta’ Romero.

L-Arċisqof inkwistjoni, li kien kritiku kbir tar-reġim militari waqt il-gwerra ċivili ta’ snin ilu f’El Salvador, inqatel minn tiri waqt li kien qed jiċċelebra l-quddies ġo kappella fil-belt ta’ San Salvador.

Qabel l-aħħar żviluppi, il-Knisja Kattolika kienet damet is-snin tostakola l-proċess għall-beatifikazzjoni tal-Arċisqof Romero minħabba t-tħassib li hu kellu l-ideat Marxisti. Romero kien, fost oħrajn, jippromwovi t-Teoloġija tal-Liberazzjoni li hi interpretazzjoni tal-fidi Kristjana mill-perspettiva tal-fqir