Is-serq rappurtat lill-Pulizija fil-lokalità taż-Żejtun żdied matul is-sena li għaddiet fuq is-sena ta’ qabel.
Matul is-sena 2013 is-serq rappurtat lill-Pulizija kien jammonta għal 87 każ, filwaqt li matul is-sena 2014 kien hemm 128 każ ta’ serq rappurtat – żieda ta’ kważi 69%.
Dan kien ikkonfermat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, fi tweġiba li ta għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, Kelliem għax-Xogħol, Relazzjonijiet Industrijali u Drittijiet tal-Ħaddiema.
Is-serq rappurtat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalità ta’ Wied il-Għajn għal matul is-sena 2013, kien jammonta għal 157 każ, filwaqt li matul is-sena 2014 ir-rapporti naqsu għal 121.
//= $special ?>