Il-midfielder ta’ 33 sena Joseph Farrugia se jkompli l-karriera tiegħu ma’ Luxol St. Andrews wara li ġedded il-kuntratt b’sena oħra minkejja offerta mingħand Sliema Wanderers.
Minn informazzjoni li għandu dan is-sit jirriżulta li l-offerta ta’ Sliema Wanderers kienet ta’ sentejn.
L-eks midfielder ta’ Qormi kien ingħaqad ma’ Luxol fl-2012 u dakinhar iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Qabel hu kien lagħab ukoll ma’ Sliema Wanderers, Pietà Hotspurs, Ħamrun Spartans, Marsaxlokk kif ukoll Msida St. Joseph.
Iktar mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>
