It-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS) iċċirkolaw filmat fuq l-Internet fejn jingħad li kien qed jinħaraq ħaj il-pilota mill-Ġordan li kien ilu miżmum ostaġġ għal diversi ġimgħat.
Il-video, li ma setax ikun verifikat bħala awtentiku, juri raġel bil-wieqfa ġo gaġġa li spiċċat iċċirkondati mill-fjammi.
Intant, il-filmat kien qed jiċċirkola permezz ta’ Twitter u permezz ta’ sors magħruf għall-propaganda tal-ISIS.
Il-pilota, Moaz al Kasasbeh, kien inħataf priġunier mill-ISIS meta l-ajruplan militari tiegħu kkraxxja fil-limiti ta’ Raqqa, fis-Sirja, f’Diċembru li għadda. Hu, dakinar, kien qed jieħu sehem f’missjoni biex jappoġġja lill-koalizzjoni militari li qed tmexxi l-Istati Uniti kontra l-ISIS.
F’każ ta’ konferma mija-fil-mija dwar dan il-qtil barbaru ikunu swew għal xejn l-isforzi tal-Ġordan li, fl-aħħar ġimgħat, kien qed jaħdem għall-ħelsien tal-pilota bħala parti minn pjan għall-iskambju ta’ priġunieri.
Aktar informazzjoni kif taslilna …
//= $special ?>