L-eks captain tal-Primavera ta’ Torino, l-attakkant Taljan Edoardo Capocelli, mhux se jilgħab f’pajjiżna ma’ Balzan F.C. minħabba li baqgħet ma waslitx il-clearance.
Dan il-plejer, li għad għandu 20 sena, kien sofra injury serja żewġ staġuni ilu, u minn dakinhar dar numru ta’ klabbs Taljani imma qatt ma dam fit-tul.
Minkejja li sfaxxa dan it-trasferiment, Balzan igawdu fost l-aqwa attakki f’Malta b’Ryan Darmanin, Jean Pierre Mifsud Triganza u l-barranin Bojan Kaljevic u Gianmarco Piccioni fl-iskwadra.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>
