Futbol Sport

Mark Milleri hu l-kowċ ġdid ta’ Qormi

Qormi F.C. laħqu ftehim mal-eks kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena li mistenni jintħabbar bħala l-kowċ ġdid tagħhom. Dan wara li l-Ħadd li għadda rriżenja l-kowċ Josef Mansueto.

Il-ftehim intlaħaq wara li iktar kmieni saret laqgħa bejn il-President ta’ Qormi Redino Apap u Mark Miller b’ċans kbir b’dan tal-aħħar illejla se jkun qed imexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ mal-klabb.

Isem Miller kien diġa’ żvelat b’mod esklussiv minn Replay nhar il-Ħadd filgħaxija.

Minkejja din l-aħbar, ilbieraħ filgħaxija waqt il-programm radjofoniku Replay Ikompli fuq Radio 101, Apap qal li kien għadu ma aċċettax ir-riżenja ta’ Mansueto u mhux eskluża l-possibilta’ li jekk Mansueto jerġa’ jibdielu mid-deċiżjoni li ħa, it-tim jitmexxa minn Mansueto u Miller rispettivament, bil-goalkeeper internazzjonali Malti Mario Muscat ikun parti mit-tmexxija teknika ta’ Qormi.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).