Internazzjonali

Mattarella jieħu l-ġurament bħala l-President ġdid tal-Italja

Sergio Mattarella llum ħa l-ġurament bħala l-President il-ġdid tal-Italja minflok Giorgio Napolitano, li warrab fl-età ta’ 89 sena għax ma kienx fiżikament possibbli jkompli l-mandat sal-aħħar.

Mattarella hu l-ewwel Sqalli li laħaq President tal-Italja. Hu serva bħala Imħallef tal-Qorti Kostituzzjonali u protagonista fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata.

Issa, hu sar it-12 il-President tal-Italja mindu l-pajjiż sar Repubblika wara t-Tieni Gwerra Dinjija.