Futbol Lokali Sport

Midfielder internazzjonali tal-Gambja għal Mosta F.C.

Mosta F.C. akkwistaw lil-midfielder ta’ 26 sena Ousman SM Koli, plejer li lagħab għaxar logħbiet mat-tim nazzjonali tal-Gambja.

Lagħab ukoll man-nazzjonal fil-kategoriji ta’ taħt is-17, 20 u 23 sena.

Hu beda l-karriera tiegħu fl-akkademja ta’ Bakau United FC, fil-Gambja, qabel iffirma kuntratt ma’ Steve Biko fl-istess pajjiż. Wara din l-esperjenza hu mexa lejn Franza fejn lagħab għal Red Star F.C., NK Radomlje, NK Šenčur u NK Triglav Kranj fis-Slovenja, Mohammedan Sporting Club u Muktijoddha Sangsad KC fil-Bangladesh, qabel irritorna lura s-Slovenja ma’ NK Ankaran Hrvatini.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).