L-attakkant Serb ta’ 26 sena Nikola Vasilić ħalla lil Victoria Hotspurs f’Għawdex u ffirma ma’ Pembroke Athleta.
Dan il-plejer għandu esperjenza fil-Portugall ma’ F.C. Porto, li magħhom ikkompeta fil-livell ta’ akkademja. L-istess għamel ma’ Obilić Belgrade, FK Teleoptik u FK BASK fis-Serbja, u CS Snagov fir-Rumanija.
Vasilić iffirma l-ewwel kuntratt professjonali ma’ FK Mladi Radnik fis-Serbja. Lagħab ukoll għal KF Elbasani fl-Albanija, FK Sinđelić Niš u FK Novi Sad fis-Serbja, San Antonio Scorpions fl-Istati Uniti u Amicale F.C. fil-Vanutu, qabel ġie f’Malta.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>