L-attakkant Niġerjan ta’ 24 sena Frank Temile ħalla lil Qormi F.C. u ffirma kuntratt ma’ Naxxar Lions, ftit qabel għalaq is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Skont il-President ta’ Qormi, Redino Apap l-aġent ta’ Temile irrifjuta li l-plejer jiffirma kuntratt ġdid ma’ Qormi. Għaldaqstant il-klabb ħass li kellu jwaqqaf il-kuntratt tal-plejer.
Għal xi ħin kien hemm ukoll ċans li Frank Temile jiffirma ma’ Żebbuġ Rangers minflok. Madankollu kienu Naxxar li kkonvinċewh ikompli l-istaġun magħhom.
F’pajjiżna Temile lagħab ukoll għal Valletta fl-2007 u Birkirkara F.C. fl-2013. Bejn dawn iż-żewġ esperjenzi hu lagħab ukoll fl-Ukrajna ma’ FC Dynamo Kyiv, mat-tieni skwadra tal-istess Dynamo kyiv kif ukoll FC Oleksandriya.
Dan il-plejer, li hu prodott ta’ Covenant Lagos fin-Niġerja stess, qatta’ l-istaġun 2006/07 fil-Premier tan-Niġerja ma’ Shooting Stars. Lagħab ukoll tliet partiti mat-tim Niġerjan ta’ taħt l-20 sena.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

