Il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja f’The Hague iddeċidiet li s-Serbja u l-Kroazja ma wettqux atti ta’ ġenoċidju kontra xulxin matul il-gwerra tad-disgħinijiet, meta l-Kroazja kienet inqatgħet mill-Federazzjoni Antika tal-Jugoslavja.
Il-Gvern Kroat kien allega li fl-1991, is-Serbi wettqu atroċitajiet fuq livell ta’ ġenoċidju fil-belt ta’ Vukovar u bnadi oħrajn tal-Kroazja. Min-naħa tagħha, is-Serbja ressqet konto-akkuża dwar it-tkeċċija ta’ aktar minn 200,000 Serb mill-Kroazja.
//= $special ?>