Internazzjonali

Ritratti ġodda ta’ Fidel Castro

L-istampa ta’ Kuba ippubblikat sensiela ta’ ritratti tal-eks-President komunista, Fidel Castro, u li huma l-ewwel ritratti ġodda tar-rivoluzzjonarju veteran fi kważi sitt xhur.

Ir-rapporti qalu li r-ritratti ittieħdu f’Jannar u meta bħalissa hemm spekulazzjoni ġdida dwar saħħet Castro, li llum għandu 86 sena.

Fidel Castro, li mexxa lil Kuba għal kważi nofs seklu, ilu sena ma jidher fil-pubbliku. Hu kien għadda r-riedni tal-poter lil ħuh, Raul, fl-2006, minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Intant, ir-ritratti ġodda juru lil Fidel Castro qed jaqra l-gazzetti waqt li jitkellem ma’ kap tal-istudenti universitarji ta’ Kuba fid-dar tiegħu, f’Havana.