Persuna ħelsitha ħafif wara li siġra waqgħet fuq il-karozza tagħha qrib iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija.
Fil-mument li s-siġra waqgħet fuq il-karozza, is-sewwieq ma rnexxielux joħroġ, għaldaqstant diversi persuni ntervjenew biex jgħinu sabiex titneħħa s-siġra.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku, iżda reġgħet infetħet hekk kif is-siġra tneħħiet minn fuq il-karozza.
Fiż-żona bħalissa qed ikun hemm konġestjoni kbira tat-traffiku minħabba x-xogħolijiet li għaddejjin f’dawk l-inħawi.
//= $special ?>