Internazzjonali

Xaqq ta’ tama għall-uffiċjali mill-era ta’ Gaddafi?

Il-Parlament Libjan li jgawdi għarfien internazzjonali irtira liġi li kienet tipprojbixxi lill-uffiċjali ta’ żmien id-dittatur Muammar Gaddafi milli jagħtu sehem fil-politika fil-Libja.

Il-liġi kontroversjali kienet għaddiet fl-2013 f’ċirkostanzi ta’ tensjoni u meta d-deputati parlamentari Libjani kienu taħt assedju minn gruppi armati fi Tripli.

Madankollu, hemm id-dubji kbar dwar kemm din id-deċiżjoni tista’ tkun implimentata fl-ibnadi tal-Libja fejn il-Parlament elett — li kellu jittrasferixxi lejn Tobruk — ftit li xejn għandu influwenza.