Il-forzi tas-sigurta f’Sqallija jinsabu fuq l-allert massimu minħabba indikazzjonijiet li l-bjar taż-żejt barra l-kosta jinsabu fil-mira tal-ISIS
Pietro Carosia, il-kmandant tal-Gwardja tal-Kosta Talajana f’Gela, konferma li jinsabu fuq l-allert minħabba t-thedida terroristika aktar minn qatt qabel. Hu qal li diġa kien hemm miżuri f’posthom minħabba t-theddida mill-al-Qaeda u kull biċċa tal-baħar trid iżomm sa kilometru bogħod mill-pjattaformi.
B’kollox hemm erba’ pjattaformi taż-żejt barra Sqallija.
Sadattant mil-Libja l-kumpannija taż-żejt Franċiża Total qalet li impjant li għandha f’al-Mabrook kien attakkat. Jidher iżda li l-impjegati fl-impjant irnexxielhom jaħarbu imma erba’ għassiesa mal-post inqatlu fil-ġlied.
Il-ħidma fl-impjant kien twaqqaf f’Diċembru għal raġunijiet ta’ sigurta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’kummenti fuq ix-xandir tal-Istat, ċaħad li pajjiżna għandu xi forma ta’ theddida.
//= $special ?>

