Internazzjonali

Angelina Jolie ammirata aktar mir-Reġina

L-attriċi u direttur tal-films, Angelina Jolie, kienet magħżula bħala l-‘aktar mara li jammiraw’ fid-dinja, qabel ir-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra u l-eks-Segretarju tal-Istat Amerikan, Hillary Clinton.

Fit-tieni post tal-lista hemm Malala Yousafzai, it-tifla tal-iskola Pakistana ta’ 17 il-sena, li hi fost l-aktar attivisti famużi favur l-edukazzjoni għall-bniet. Malala żgiċċat minn ħalq il-mewt wara li spiċċat mira għall-militanti tat-Taliban waqt li rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi ta’ din is-sena.

Skont l-istħarriġ ġdid li jibbaża fuq 25,000 persuna, Jolie, li hi omm ta’ sitta u (anki) Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, intgħażlet bħala ‘l-aktar mara denja ta’ rispett fuq livell internazzjonali’.

Madankollu, l-eżerċizzju għal YouGov sab li l-Britanniċi xorta vvutaw għar-Reġina Eliżabetta bħala l-‘aktar mara li tqanqal ammirazzjoni’ fir-Renju Unit — u fejn kienet segwita mill-attriċi veterana Julie Dench.