L-istorja xejn sabiħa tan-nirien li ħakmu dar f’Tas-Sliema t-Tnejn li għadda sfortunatament intemmet b’anzjana l-isptar wara ksur f’saqajha, u ħames persuni oħra l-isptar minħabba d-duħħan li belgħu.
Imma din l-istorja tat lil pajjiżna numru ta’ eroj … tlieta minn dawn uffiċjali tal-Pulizija; PC 131 Nathan Bugeja u PC 159 Glen Calleja mir-Rapid Intervention Unit, u PC 1258 Carmel Debattista mill-Għassa ta’ Tas-Sliema.
F’din l-istorja jispikka wkoll l-att erojku tan-nanna tat-tifel, li qabżet sular, bil-konsegwenza li kisret sieqha, biex issalva lin-neputi, kif ukoll l-Ivorjani Sidibe Noumakan u sieħbu Diarra Siaka li kienu minn tal-ewwel li marru fuq il-post jagħtu l-għajnuna.
//= $special ?>