Fl-aħħar jiem f’razzett privat fis-Siġġiewi feġġ kangaroo ġdid hekk kif omm xtrat ferħ ġdid wara ġimgħat moħbi fil-pawċ tagħha.
Dan mhux avveniment komuni għal Malta minħabba li mhux daqshekk faċli li wieħed jimporta kangaroo f’pajjiżna u l-popolazzjoni tagħhom f’Malta hi baxxa ħafna.
Normalment kangaroo jieħu madwar 190 ġurnata ta’ żvilupp qabel ikun kiber biżżejjed biex joħroġ mill-pawċ. Wara ftit ġimgħat li matulhom joħroġ biss rasu, imbagħad ikun wasal iż-żmien li jibda jesplora u joħroġ totalment.
//= $special ?>