Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 4 ta’ Frar.

Il-kwistjoni tal-monti fid-daħla tal-Belt tibqa tiddomina l-aħbarijiet, fejn illum THE MALTA INDEPENDENT tagħtina impressjoni artistika (ara r-ritratt) ta’ kif se jkun jidher il-monti bejn it-Teatru Rjal u l-bini tal-Parlament il-ġdid.

THE TIMES OF MALTA tirrapporta illi diġa’ daħlu 30 proposta differenti sabiex jinbidel id-disinn tal-gabbani l-ġodda tal-monti, wara li d-disinn oriġinali ġab miegħu kritika enormi.

IN-NAZZJON issellem il-memorja tal-eks Ministru Michael Refalo, filwaqt li tirrapporta kif l-ISIS qatlu l-bdot mill-Ġordan li kien miżmum ostaġġ.

Il-gazzetta MALTA TODAY tgħid li 72 fil-mija mistennija jivvutaw fir-referendum dwar il-kaċċa.

Wara kampanja kontra d-deputat Toni Bezzina, issa L-ORIZZONT jibda attakk ieħor din id-darba kontra l-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola.