Rappreżentanti tal-MHRA iltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’laqgħa li matulha l-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni dwar il-prezzijiet tal-fjuwils lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti.
Dan wara li s-Sibt li għadda l-Kap tal-Oppozizzjoni iltaqa’ mal-bqija tal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD).
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli u x-Shadow Minister tal-Ekonomija Claudio Grech. F’isem l-MHRA attenda l-Aġent President Tony Zahra akkumpanjat minn Andrew Agius Muscat.
Waqt il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista, dik li tkompli tisħaq li l-Gvern ikompli jraħħas il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel ladarba l-prezzijiet internazzjonali raħsu wkoll. Hu qal li l-Partit Nazzjonalista se tkompli b’din il-ħidma permezz ta’ diskussjoni fil-Parlament li se ssir nhar it-Tnejn li ġej.
//= $special ?>