Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lin-nies biex minflok joqgħodu jaraw is-soap operas jew iparlaw fuq ħaddieħor, jitolbu u jgħaddu ftit ħin jikkontemplaw il-ħajja ta’ Ġesù u l-Vanġelu.
Il-Papa qal dan fl-omelija tiegħu fil-quddiesa ta’ filgħodu f’Residenza Santa Marta waqt li kien qed jikkummenta l-Vanġelu ta’ Ġesù qalb il-folla.
Il-Papa qal li wieħed ikun qed jitlob jekk jimmaġina lil Ġesù fix-xeni msemmija fil-Vanġelu u jitkellem miegħu, iżomm ħarstu fuqu u jimxi miegħu waqt li tenna l-appell tiegħu li l-Insara jżommu fuqhom kopja tal-Vanġelu. Reġa’ ħeġġeġ lill-Insara biex fi djarhom, jieqfu kwarta, jaqraw il-Vanġelu jew qari tal-ġurnata u jitkellmu ma’ Ġesù dwar hekk. “Aħjar ħarsitna tibqa’ fuq Ġesù”, saħaq il-Papa, “milli nħallu lilna nfusna niġu kkundizzjonati mit-telenovela jew mill-paroli ta’ ħaddieħor”.
//= $special ?>