Lokali

“Iswed fuq l-Abjad” illejla b’edizzjoni speċjali dwar Eddie Fenech Adami

Hekk kif is-Sibt li ġej, 7 ta’ Frar, il-President Emeritus, eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami jagħlaq 81 sena, l-edizzjoni tal-lejla tal-programm “Iswed fuq l-Abjad” se tkun waħda speċjali ad unur dan l-Istatista Malti.

Il-programm se jkollu s-sehem ta’ uħud minn dawk li ħadmu miegħu, fosthom b’kummenti mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Lawrence Gonzi, il-President Emeritus George Abela, l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg, l-eks Ministri Michael Frendo, Michael Falzon u Austin Gatt, kif ukoll l-eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Joe Saliba, Richard Muscat, Peter Portelli, Roger Degiorgio u Peter Darmanin.

“Iswed fuq l-Abjad” jixxandar illejla fid-8.40pm fuq NET Television, bi preżentazzjoni ta’ Frank Psaila.