Futbol Sport

Junior Obagbemiro l-attakkant ġdid ta’ Sliema Wanderers

Junior Obagbemiro, attakkant Niġerjan ta’ 29 sena li ftit tal-jiem ilu kellu prova wkoll ma’ Tarxien Rainbows, illum iffirma ma’ Sliema Wanderers.

Junior Obagemiro kien qed jilgħab l-aħħar fit-tielet diviżjoni tal-Finlandja ma’ Kajaanin Haka fejn lagħab 25 darba u skorja 12-il gowl. Qabel din l-esperjenza, Obagbemiro lagħab għal Air India fejn fl-istaġun 2012/13 skurja 18-il gowl fi 23 partita.

Barra minn dawn il-klabbs, ħarsa lejn il-karriera tiegħu wieħed jara kif dan il-plejer dar diversi pajjiżi fosthom l-Iran ma’ Esteghlal F.C., in-Nepal ma’ Brigade Boys Club u Three Star Club, fil-Malażja ma’ Sabah FA, fil-Bangladesh ma’ Brothers Union, fl-Indja ma’ Sporting Goa, United S.C. u Salgaocar F.C. u fir-Russja ma’ FC Spartak Kostroma.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).