Internazzjonali

L-AĦĦAR ŻVILUPPI: il-Ġordan joqtol żewġ priġunieri tal-ISIS

Ma jaqta’ xejn it-terrur mill-Istat Iżlamiku – u dalgħodu, att ta’ ritaljazzjoni mill-Ġordan.

Wara li lbieraħ l-ISIS ħarqu ħaj lill-bdot mill-Ġordan li kien inqabad ostaġġ lejlet il-Milied, dalgħodu il-Ġordan qatel żewġ prigunieri li l-ISIS riedu meħlusin. Waħda minn dawn il-prigunieri kienet terrorista tal-Al-Qaeda, l-Iraqqina Sajida al-Rishawi (ritratt).

Il-priġunieri inqatlu f’ħabs fil-Ġordan fit-3am, ħin ta’ Malta.