Il-goalkeeper Mario Muscat mhux biss ġie fdat fil-lasti ta’ Qormi, imma se jkun ukoll parti mid-diriġenza teknika tal-klabb.
Il-ħsieb hu li jkun hemm tim tekniku li jitmexxa mill-eks kowċ internazzjonali Malti Mark Miller, b’Muscat ikun wieħed mill-kowċis.
Mario Muscat daħal fl-istorja tal-futbl Malti bħala l-ewwel u l-uniku plejer li qatt lagħab 500 logħba fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Dan ir-rekord kisbu fit-23 ta’ Awwissu tal-2014 fil-partita’ bejn Hibernians u Qormi.
Muscat rebaħ kull unur li joffri l-futbol Malti u barra li kien captain għal snin twal kien ukoll wieħed mill-pilastri ta’ Hibernians.
Huwa kien iddebutta fl-ogħla diviżjoni fit-8 ta’ Settembru tal-1993 meta dakinhar Hibernians kienu mmexxija minn Brian Talbot u minn dakinhar lagħab 22 staġun dejjem ma’ Hibernians fl-eċċezzjoni tal-istaġun li għadda meta kien misluf fit-tieni parti tal-istaġun, fl-aħħar jum ta’ Jannar, lil Vittoriosa Stars.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

