Futbol Sport

Mateus Ribeiro dos Santos b’self għand Sliema Wanderers

Il-midfielder offensiv Brażiljan ta’ 24 sena Mateus Ribeiro dos Santos ingħaqad b’self sa tmiem l-istaġun ma’ Sliema Wanderers.

Dan kien wieħed mill-aħħar trasferimenti li seħħew ilbieraħ, u mistenni jkun plejer importanti ħafna għall-kowċ Stephen Azzopardi.

L-ammont ta’ gowls li skurja dan il-plejer fil-karriera huma mill-iktar interessanti. Madankollu f’Malta Mateus baqa’ ma weriex l-aqwa tiegħu u skurja tliet gowls biss. Imma t-trasferiment tiegħu b’self, juri kemm Mosta jemmnu fih.

S’issa hu lagħab fil-Brażil ma’ Cruzeiro, Americano, Ipatinga F.C., Joinville, Salgueiro, São Caetano u Villa Nova Atlético Clube (MG) kif ukoll fl-Italja ma’ Civitella Roveto, Giulanova u Sassi.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).