Futbol Sport

Michael Bezzina jingħaqad ma’ Għajnsielem F.C.

Għajnsielem F.C. akkwistaw lill-midfielder avvanzat ta’ 22 sena Michael Bezzina b’self sa tmiem l-istaġun. Dan il-plejer, li kapaċi jilgħab ukoll bħala playmaker, hu propjeta’ ta’ Victoria Hotspurs.

Bezzina mistenni jkun akkwist importanti li jagħti daqqa t’id lil dan il-klabb fil-ġlieda għall-promozzjoni lejn l-Ewwel Diviżjoni Għawdxija.

Replay hu nfurmat li dan il-plejer kellu nteress minn numru ta’ klabbs tal-Ewwel Diviżjoni f’Malta, imma ddeċieda li jibqa’ jilgħab f’Għawdex.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).