L-istorja ta’ Nathalie Louise Attard bdiet fis-sena 2000 meta hi kellha 22 sena. Ta’ din l-eta’ hija rċeviet l-aħbar li għandha tumur. Ma’ din l-aħbar hija bdiet tieħu l-kura. B’kawża ta’ din l-kura hija għamlet 7 xhur mingħajr l-użu tas-sieq tax-xellug minħabba li kienet paralizzata. Għall-bidu kollox deher li reġa ġej għan-normal iżda wara din il-kura, fl-2005 reġat feġġet il-marda tal-kanċer.
It-tieni kors tal-kura kien jikkonsisti wkoll il-pilloli, u matul dan il-kors Nathalie esperjenzat bosta effeti negettivi; effeti li tefgħu lura l-kundizzjoni medika tagħha. Matul dan il-perjodu Nathalie kienet t’esperjenza l-fits u infatti ma kienitx tkun l-ewwel darba li t’esperjenzahom għal madwar 11-il darba kuljum. Madanakollu, waqt dan il-kors hija ltaqgħet ma xi ħadd speċjali, ltaqgħet ma’ Alan li llum huwa r-raġel tagħha. Alan rnexxielu jgħin lil Nathalie bl-aħjar mod possibli f’dak il-mument tant diffiċli għaliha.
Ir-relazzjoni ta’ bejn Nathalie u Alan tista’ tgħid li bdiet b’ċajta ħelwa fejn permezz tagħha mbagħad Alan talab in-numru tat-telefown lil Nathalie. Ftit wara li bdiet din ir-relazzjoni Nathalie ħarġet tqila u minħabba l-marda tal-kanċer hija weldet il-Zoeraya Attard, it-tifla tagħha, meta kellha biss 7 xhur tqala. Zoeraya twieldet f’Ottubru tas-sena 2010. Matul dik is-sena u nofs, Nathalie kellha bosta għajnuna mir-raġel tagħha u anke l-kunjata, kif ukoll sabet għajnuna minn Savior Grima.
Nathalie rnexxiela tegħleb din l-isfida u l-ħajja tagħha bdiet terġa tiġi għan-normal. Il-mod ta’ kif Alan ippropona lil Nathalie kien permezz ta’ status fuq Facebook fejn huwa wera x-xewqa li jrid jiżżewiġha. It-tieġ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda, bl-għajnuna ta’ ħafna nies. Fil-going away huma ħarġu bil-pyjama li hija magħrufa bħala onesie.
Nathalie rringrazzjat il-kull min b’xi mod jew ieħor f’ħajjitha għen f’dan il-perjodu diffiċli. Hija qalet il-Newsdesk li kieku ma kienx Alla hija ma kienet tegħleb l-ebda sfida li kellha quddiema. FieH hija sabgħet il-wens li ta l-enerġija biex tkompli tiġġieled għal ħajjitha u li tegħleb il-marda tal-kanċer għal 3 darbiet.
//= $special ?>