Lokali

Ritratti: Jitilqu minn Malta l-ajruplani militari li waslu lbieraħ, illum mistennija jaslu aktar

Ħallew Malta l-ħames ajruplani militari li lbieraħ filgħaxija niżlu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Erba’ minn dawn l-ajruplani kienu fighterjets. L-ajruplani telqu minn pajjiżna kmieni llum waranofsinhar, b’MaltaRightNow.com jinsab infurmat li llum mistennija jaslu Malta erba’ ajruplani militari oħrajn.

Qed ikun rappurtat li l-wasliet huma skedati bħala rutina ta’ taħriġ. Madankollu, matul il-jum tal-bieraħ, ġurnal Taljan qal li l-ISIS għandu pjan li jkompli l-operazzjoni tiegħu fl-Ewropa b’attakki jibdew fi Spanja, l-Italja u Malta.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Joseph Muscat ċaħad li pajjiżna għandu xi forma ta’ theddida.

(Ritratti: Roberto Runza)